| DISKORS - PARLAMENT 20.05.2008 |
|
Fl-ewwel intervent tieghi f'din il-legizlatura nixtieq li filwaqt li nawgura lil kollegi membri parlamentari fuq iz-zewg nahat tal-kamra, li kienu elett fil-parlament, nirringrazzja lil dawk kollha li ghenuni u lil dawk kollha li regghu eleggewni fil-parlament.
Nixtieq li din il-legizlatura tkun wahda posittiva, legislatura li bis-serjeta tahdem u thares il-quddiem ghal gid tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu. Filwaqt li nistqar li hadd pjacir nisma lis-sedja ta' din il-kamra u lil prim ministru jitkellmu fil-bidu ta' din il-legizlatura dwar hidma bejn iz-zewg nahat tal-kamra, ma nistghax ma nesprimix it-thassib tieghi u ta' bosta persuni ohra li veramant jixtiequ stil gdid ta' politika ghal mod kif gab ruhu il-gvern minn wara l-elezzjoni generali. L-ewwel meta qabad u ddecieda wahdu dwar il-partnership for peace u aktar tard bil-proposta xejn rispettabli li ghamel lilna ta' l-opozizzjoni dwar il-hatra ta' speaker u l-ftehim tal-pairing. Certament dawn iz-zewg decizzjonijiet, fost ohrajn li ttiehdu, ma tantx jawgura tajjeb ghal mod kif se jmexxi bih il-gvern ta' Lawrence Gonzi. Ir-rispett Mr Speaker irid verament jiddomina matul din il-legizlatura. Il-gvern jehtieg li jzomm f'mohhu li m'ghandux il-maggoranza assoluta izda gvern b'maggoranza relattiva u li d'differenza bejn iz-zewg nahat tal-kamra hija wahda minima. Certament il-gvern irid iwarrab ghal kollox l-idea u l-politika li mexxa biha matul l-ahhar legizalatura dik li jibqa ghaddej minn fuq kulhadd. Ghaldaqstant il-konsultazzjoni ma l-oppozizzjoni Laburista ghandha tkun konsultazzjoni vera. Jien personalment nemmen li rwol tal-oppozizzjoni matul din il-legizlatura ghandu jkun wiehed aktar pozittiv, izda m'ghandniex noqghodu lura milli naghmlu skrutinju tad-decizjonijiet u tal-mod kif ser ikun qed imexxi l-gvern. Mr Speaker ser niehu l-okkazzjoni biex nitkellem dwar is-sitwazzjoni attwali u allarmanti taz-zieda fil-prezzijiet. Filwaqt li ghandna nirrikonoxxu s-sitwazzjoni internazzjonali li qed nghixu fiha ta' l-energija, iz-zejt u c-cereali ma nistghux nibqghu idejna fuq zaqqna. Jehtieg li mill-aktar fis possibli nistabbilixxu raguni ghalha r-rata li biha qed jgholew il-prezzijiet f'pajjizna hija ferm ghola minn pajjizi ohra membri taz-zona ewro. Qed nirreferi ghal fatt li skond l-HICP (Harmonised Indices of Consumer Prices - Kejl komuni ta' l-unjoni ewropeja biex tkejjel l-gholi tal-hajja) il-prezz ta' l-ikel, edukazzjoni u sahha f'pajjizna matul dawn l-ahhar tnax –il xhar gholew darba u nofs aktar filwaqt li l-hwejjeg gholew erba' darbiet aktar minn pajjizi ohra fiz-zona ewro. Ghalkemm wiehed ihares lejn il-laqgha tal-MCESD ta' nhar il-Gimgha li gej b'mod possittiv, nispera li l-gvern wara din il-laqgha johrog b'idea aktar cara wara li jkun tkellem mal-imsiehba socjali, ghax quddiem il-problema....iva problema tal-gholi tal-hajja tehtieg azzjoni mmedjata. Inkwantu ta' Surchurge, Mr Speaker smajna diga kif din ser toghla wara x-xhar id-diehel Iz-zieda certament ser tkompli twassal ghal-zidiet fi prodotti u servizzi essenzjali. Ghaldaqstant nippretendi li l-gvern jinforma lil imsiehba socjali u dawk kollha li jistghu jkunu milquta direttament minn dawn iz-zidiet qabel ma jiddahhlu r-revizjoni. Qed nghid dan genwinament biex ma jergax jigri bhal ma gara fir-revizjonijiet tal-prezzijiet tal-fuels...meta bosta sabu r-revizjoni mhabbra mill-gvern ma wicchom minghajr l-ebda pre avviz. Norbot hawnhekk is-sitwazzjoni internazzjonali taz-zejt...,fejn sfortunatament qed naraw il-prezz taz-zejt jilhaq prezzijiet record li qabzu il-mija u hamsa u ghoxrin dollaru (125$) il-barmil, mal-htiega li l-gvern jiehu azzjoni effettiva f'dak li huma sorsi ta' energija alternattiva. Fi zmien li gej, kif zvillupat is-sitwazzjoni, jehtieg li aktar minn qatt qabel nuzaw ir-rih, ix-xemx u l-mewg.... tliet ghejun ta' energija, li sfortunatament ftit li xejn qed jittiehdu bis-serjeta. Jien, Mr Speaker nahseb li l-gvernijiet f'dan l-ahhar ghoxrin sena f'dan il-kamp raqdu, xi kultant bl-iskuza li jrid isir investiment kbir...li kieku ittiehdet azzjoni serja fi zmien opportun, kieku bhalissa li qed naraw il-prezzijiet internazzjonali taz-zejt dejjem jafsu fuqna, kieku bhalissa qed nim-massim-izzaw dan il-qasam u ntaffu wkoll mill-piz dejjem jafas fuq il-familji Maltin u Ghawdxin. Anke fid-dawl tal-mira cara li ghandha l-unjoni ewropeja li tohrog mid-Directive on Electricity Production from Renewable Energy Sources, maghruga bhala RES directive. Jehtieg li nistabilixxu miri cari dwar dan il-qasam…jehtieg li jkun hawn programm specifiku, ambizzjuz izda fattibli biex ma jergax jigri kif sfortunatament gara f'dan l-ahhar ghoxrin sena ta' gvernijiet nazzjonalisti. Mhux ser nghati rendikont twil ta' x'wieghed il-partit nazzjonalista u ma sar xejn biex ma nkunx impingi u deskritt bhala negattiv. Pero ma nistghax ma nsemmix il-mira li kien stabilixxa l-gvern fl-1995, illi sas-sena 2005, 5% ta' l-energija ta' pajjizna kellha tigi mix-xemx jew ir-rih. Mr Speaker kif ilha tghid tajjeb l-oppozizzjoni il-mira ghandha tkun dik ta' 10% ta' l-energija tkun iggenerata minn sorsi alternattivi. Ma dan il-qasam ma nistghax ma norbotx mal-htiega li nharsu l-ambjent. Jehtieg li bis-serjeta f'din il-legizlatura l-gvern jghati prijorita l-qasam ta' l-ambjent. Ma rridx niehu fit-tul pero ma nistghax ma nitkellimx dwar il-qasam tas-sahha. Filwaqt li wiehed ghandu jirrikonoxxi l-ambjent ahjar li l-pazjenti Maltin qed isibu ruhom fih hekk kif jidhlu l-isptar Mater Dei, wiehed ma jistghax jinjora l'fatt li l-ilmenti dwar dan il-qasam komplew jekk mhux zdiedu. Huwa mill-aktar inkwetanti li tisma fost ohrajn lil president tal-MUMN jghid li wisq qed jibzghu li l-ftuh ta' l-isptar il-gdid, u Cioè li trasferiment mill-isptar San Luqa ghall-isptar Mater Dei se jkun biss "bidla fl-indirizzi". Din is-sitwazzjoni hija kagun tan-nuqqas ta' pjanar tal-gvern. Il-gvern naqas li janticipa l-problema ta' rizorsi umani li kien ser isib ma wiccu. In-nuqqas ta' nfermiera fl-isptar generali, fl-isptarijiet l-ohra kif ukoll fir-residenzi ta' l-anzjani jehtieg tkun indirizzata. Hawn Malta kulhadd nahseb jaqbel li ghandna l-ahjar professjonisti fil-kamp mediku, kemm f'dawk li huma tobba, infermiera etc...hawn niehu l-opportunita biex nirringrazzja lil dawk kollha li jahdmu fl-isptarijiet u r-residenzi tal-anzjani. Pero b'mod partikolari l-infermiera, l-istress li qed jinholqilhom minhabba l-pressjoni ta' xoghol, jehtieg tkun indirizzata bis-serjeta. Mhux biss ghal gid taghhom u tal-pazjenti, izda wkoll ghal gid tal-professjoni li l-gvern huwa fid-dover li jaghmilha aktar attraenti, biex zghazagh li ghadhom qed jistudjaw jidhlu f'dan il-qasam. Nsemmi wkoll il-medicini...fid-dawl tal-prezzijiet tal-medicini li qeghdin dejjem jgholew u fid-dawl tal-pizijiet dejjem akbar li qed ikollhom igorru l-anzjani u l-familji, l-accessibilta u d-disponibilta tal-medicini ghal anzjani ghadha titjieb. Mr Speaker wasalt biex nikkonkludi dan l-ewwel intervent. Nishaq fuq il-maturita politika! Maturita li sfortunatament, il-gvern prezenti anke minn kif qed igib ruhu fl-ewwel gimghat ta' din il-legizlatura ma tantx jidher li jibbrilla fiha. Qed nirreferi ghal weghdi li ghamel biex jakkwista l-voti qabel l-elezzjoni generali u l-weghdi li diga beda jikser. Nsemmi l-mod kif jinhatru l-membri tal-bordijiet. Insemmi r-rebate u l-iskema tal-equity sharing li flimkien dawn iz-zewg decizjonijiet ser ikomplu jitfaw aktar piz fuq iz-zghazagh li qed ifittxu li jixtru l-ewwel propjeta. Mr Speaker m'humiex skuza l-problemi internazzjonali bhal dawk tal-prezzijiet tac-cereali u z-zejt..l-indikazzjonijiet li din is-sitwazzjoni kienet ser tizvillupa b'dan il-mod ilhom minn qabel l-elezzjoni. Il-maturita politika titlob li dawn l-affarijiet kellhom ikunu anticipati u kkonsidrati fil-weghdi li saru fil-manifest elettorali. Mr Speaker jien bhala membru tal-oppozizzjoni, lest ghal stil gdid ta' Politika...izda l-gvern irid jirrikonoxxi li dan jista jsehh biss bil-kollaborazzjoni taz-zewg nahat tal-kamra...illum aktar minn qatt qabel. Stil gdid ta' politika li bis-serjeta ma tharrisx lejn ucuh...fejn dawk li haqqhom jinghata l-istess opportunita biex jirnexxu u jimxi 'il quddiem. Ghal dan jien lest nahdem fi hdan l-oppozizzjoni Laburista, oppozizzjoni pozittiva, b'sahhitha, b'ideat cari, li tesigi li tkun rispettata u li tinsab lesta kif dejjem ghamlet biex tahdem fl-interess ta' kull cittadin. Grazzi Silvio Parnis - MP |