| AGGORNAMENT - 17.06.2008 - SILVIO PARNIS |
|
Nixtieq nitkellem dwar il-kummenti nkwetanti espressi mill-president ta' l-assocjazzjoni medika Maltija u l-union tal-infermiera (MUMN).
Liema kummenti dehru mill-gdid il-bierah fuq mezzi tax-xandir. Il-president tal-MAM qal li minn 55 tabib li lahaq s-sena li ghaddiet, kienu biss tletin li baqghu jahdmu f'pajjizna. Sitwazzjoni simili, izda ferm aktar inkwetanti hija dik ta' l-infermiera f'pajjizna...bil-president tal-MUMN jghid li f'pajjizna ghandha bzonn mal-hames mitt infermier jew infermiera ohra fid-diversi sptarijiet fil-pajjiz. Tghiduli din il-problema fl-ahhar xhar ilna nitkellmu dwarha u dan sar fatt maghruf. Din il-problema Mr Speaker hija wahda mill-aktar inkwetanti, jehtieg li bl-akbar serjeta' nindirrizzawa u qed nerga nqajjem dan il-punt ghax sfortunatament ma smajna bl-ebda mizura, inizjattiva jew pjan biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata. Din is-sitwazzjoni fil-qasam tas-sahha qed twassal ghal problemi dejjem akbar...fosthom id-dewmien zejjed biex tinghata servizz adekwat, b'mod partikolari fl-emergenza. La bdejt nitkellem dwar il-qasam tas-sahha ma nistghax ma nghamilx referenza ghal dikjarazzjonijiet li saru ricentament fil-parlament stess Mr Speaker. John Dalli, il-ministru li nghata r-responsabilita tas-sahha jiddeskrivi s-sitwazzjoni tal-waiting lists fl-isptar bhala wahda skandaluza u inaccettabli. Naqbel mieghu perfettament...pero' ma nistghax ma naghmlix dan il-punt. L-oppozizzjoni Laburista ilha tishaq fuq din il-problema snin twal. Ghaldaqstant ghal darba ohra, l-oppozizzjoni li hlief tkun deskritta bhala wahda negattiva u li ghandha politika tad-"doom and gloom", regat inghatat ragun u din id-darba, kien ministru tal-gvern stess li tghana ragun. Kien ukoll ministru tal-gvern ta' Lawrence Gonzi stess li tkellem b'mod kompletament differenti min dak li kien jemmen...jew...dik li kienet l-impressjoni ta' Lawrence Gonzi sa ftit tas-snin ilu. Lawrence Gonzi, nikkwota, f'Gunju ta' l-elfejn u hamsa kien qal "dwar il-"waiting list" ma naqbilx ma' l-"istatement" illi qed ikollna zieda fil-"waiting lists" fl-Isptar San Luqa. Huwa statement generalizzat li mhuwiex il-kaz". Dak iz-zmien, is-sitwazzjoni tal-"waiting lists" kienet ukoll wahda mhux accettabli, b'aktar minn erbatax -il elf persuna tistenna biex issirilha operazzjoni. Infakkar Mr Speaker, li s-sitwazzjoni tal-waiting lists kienet ukoll wahda mhux accettabli dak iz-zmien, kif wara kollox jirrizulta mill-mistoqsijiet parlamenatri li kienu nghataw f’dak il-perjodu. F’dak il-perjodu in-numru ta' persuni jistennew biex issirilhom operazzjoni kien ta' aktar minn erbatax -il elf. Lura ghas-sitwazzjoni prezenti. Jien ghalija hija inaccettabli li xi whud qed jghidu li l-gvern f'dawn l-ahhar disa' snin kien wisq mitfuh fuq il-bini tal-isptar il-gdid. Il-problema tal-waiting lists, flimkien mal-problema ta' nuqqas ta' staff mediku li tkellimt dwaru aktar kmieni b'dan l-aggornament, huma problemi serji li qed tiffacca s-sistema tas-sahha f'pajjizna, li kwalunkwe skuza ma tistax tiggustifikhom. Kif tista' tispjega l'fatt li fl-ahhar disa' snin, l-ghadd ta' persuni li qeghdin fuq il-waiting lists ta' dawk li ghandhom bzonn operazzjoni tal-kataretti, zdiedet b'xejn anqas minn elf fil-mija. Huwa veru li l-kataretti jibdew bhala problema zghira u jaf ma jkollhom l-ebda problema fuq il-vista. Izda ghalfejn l-anzjani taghna, jew hafna minnhom, ghandhom jigu operati, wara li l-vista taghhom tkun marret ghal-aghar u mhux immedjatament wara li titfaccalhom il-kataretti. Il-ministru Louis Deguara fost il-weghdi li kien ghamel dwar il-problema tal-waiting lists, tmien snin ilu kien wieghed hidma biex il-waiting lists fl-isptar San Luqa jonqsu bil-kbir. Nittama li l-pjan u l-miri li ghandu il-ministru John Dalli biex inaqqas il-waiting lists, m'ghandhom x'jaqs,u xejn mal-hidma li kien wieghed tmien snin ilu Louis Deguara. Ghax fi tmien snin is-sitwazzjoni u hawn naqbel perfettament mad-deskrizzjoni li ghamel John Dalli saret wahda Skandalzua. Ehe Skandaluz, Mr Speaker li z-zmien ta' stennija ghal certu operazzjonijiet ivarja minn xaghrejn, tmien xhur, hdax -il xhar, sena u nofs u anke sentejn u nofs u aktar. Il-pazjenti Maltin, huma ta' liema eta' huma jixirqilhom ahjar. Huwa minnu li l-isptar Mater Dei huwa state of the art, izda s-success tas-servizzi tas-sahha...u hawn qed nerga naqbel perfettament ma John Dalli, huwa mkejjel fuq is-sodisfazzjon tal-pazjent. John Dalli...il-ministru l-gdid responsabli mill-qasam tas-sahha qal li jehtieg ikun hemm espansjoni tas-servizzi mghotija fil-kura primarja. Nistaqsi...meta nghidu kura Primarja inkunu qed nirreferu wkoll ghac-centri tas-sahha? Dawk l-istess centri tas-sahha, li taht it-tmexxija tal-gvern ta' Lawrence Gonzi esperjenzaw tnaqqis f'dawk li huma servizzi moghtija u fl-gheluq ghal hinijiet twal tal-maggoranza taghhom. Fl-ahhar erbgha snin, il-flus ivvotati kull sena ghac-centri tas-sahha nizlu ghal EUR 58,234 waqt li imbaghad in-nefqa attwali fuq l-immodernizzar u x-xiri ta' taghmir ghac-centri tas-sahha naqset sena wara ohra. Konsegwenza ta' dan, il-piz fuq id-dipartiment ta' l-Emergenza, qieghed dejjem jizdied. Mr Speaker nappella lil ministru John Dalli biex filwaqt li jaghmel dawn id-dikjarazzjonijiet dwar il-kura primarja...izomm f'mohhu li gvernijiet Nazzjonalisti, li ghal zmien twil kien jaghmel parti minnhom hu, imminaw il-kwalita' tas-servizz tal-kura primarja fic-centri tas-sahha. Anke jekk dan kien imur sahansitra kontra l-principji tal-organizazzjoni Dinjija tas-sahha, l-WHO, li tishaq fuq kemm il-kura primarja hija mill-aktar essenzjali. L-aqwa u l-ahjar fis-sahha! Dan hu dak li wieghed ftit tal-Gimghat ilu l-partit fil-gvern fil-manifest elettorali. Nittama Mr Speaker li din il-weghda li qed jaghmel il-partit Nazzjonalista issehh u mhux tisfuma fix-xejn bhal hafna weghdi ohra li saru. Huwa minnu li l-ministru John Dalli,wara snin twal ta' inkompetenza mill-kollegi tieghu fil-partit nazzjonalista, induna li s-sitwazzjoni tal-waiting lists hija inaccettabli u skandaluza...filwaqt li kkonferma u ta' ragun id-diversi lmenti li saru mill-oppozizzjoni Laburista. Nappella izda, biex din id-darba, f'din il-legizlatura din il-problema tittiehed bis-serjeta' u tkun indirizzata b'miri cari u bi pjan serju. |